Event Dates
Min Jidħak l-Aħħar
Fri, 18 Sept
|Theatre Next Door
Kitba ta’ André Mangion Direzzjoni ta’ Chiara Hyzler Produzzjoni ta’ Nikolai Azzopardi Productions Kast: Antonella Mifsud, Chantelle Micallef Grimaud, Marceline Galea, Moira Vassallo u Illaria Costa.


Time & Location
18 Sept 2026, 20:00 – 21:30
Theatre Next Door, Triq Il-Kapella Ta Santa Marija Maghtab, Naxxar NXR 6511, Malta
About
Kull bidu għandu tmiem.
Kulħadd jaf li xi darba jrid imut. Tagħmel x’tagħmel u jiġri x’jiġri, ħajtek hija ġirja kontra l-ħin. Inevitabli. Imma b’xi mod jirnexxilna, u forsi mnalla, ngħixu f’illużjoni li aħna kapaċi ngħixu għal dejjem u nippjanaw u nfasslu ħajjitna bħalikieku l-mewt ma tilħaqna qatt.
Renata, Iris u Helena kienu qed jgħixu ħajjithom trankwili meta din l-illużjoni infaqgħet f’wiċċhom għalgħarrieda. Glioblastoma. Kanċer fil-pulmun. Kanċer fil-musrana. Il-ħin jibda’ jonqos. Jonqos ma’ kull jum li jgħaddi. It-triq lejn il-mewt hija dik li tgħaqqadhom flimkien, imma kif iħarsu lejha, hija deċiżjoni individwali li toħloq tensjoni, kunflitt, ħbiberija u mħabba.
Min Jidħak l-Aħħar…hija l-istorja ta’ dawn in-nisa li ħarsu dritt f’għajnejn il-mewt…u ddeċidew li jibqgħu jidħku sal-aħħar.
Kitba ta’ André Mangion
Direzzjoni ta’ Chiara Hyzler
Produzzjoni ta’ Nikolai Azzopardi Productions
Kast: Antonella Mifsud, Chantelle Micallef Grimaud, Marceline Galea, Moira Vassallo u Illaria Costa.
Din il-produzzjoni saret possibbli bis-saħħa tal-appoġġ ta' APS Bank, Bacchus u Polidano Press Ltd.
Dan il-proġett huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Tickets
From €22.00 to €25.00

Min Jidħak l-AħħarMultiple Dates
The MaidsMultiple Dates
Mid-Djarju Ta' Student Fi Skola Tal-KnisjaMultiple Dates
